10.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Dresden (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2016 – Ute Wunderliche vs Bulgarian Air Charter Limited
(Kawża C-32/16)
(2016/C 165/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Dresden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ute Wunderlich
Konvenuta: Bulgarian Air Charter Limited
Domanda preliminari
Ikun hemm kanċellazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004 (1) meta l-ajruplan li jwettaq it-titjira prevista jkun telaq konformement mal-programm u jkun niżel fid-destinazzjoni b’dewmien inferjuri għal tliet sigħat, iżda jkun madankollu wettaq waqfa mhux prevista?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy