14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/26
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 minn d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-18 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-106/13, Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-45/16 P)
(2016/C 098/33)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (rappreżentanti: Konstantinos Damis, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Novembru 2015, fil-Kawża T-106/13 d.d.Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis vs Il-Kummissjoni Ewropea;
—
tilqa’ r-rikors tal-kumpannija tal-20 ta’ Frar 2013 fl-intier tiegħu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.
Il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-evalwazzjoni tagħha tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntrattt.
2.
Interpretazzjoni żbaljata u applikazzjoni żbaljata tat-termini tal-kuntratt u evalwazzjoni tal-provi manifestament żbaljata.
Il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-applikazzjoni tal-Artikolu II.22 Awditi u Kontrolli Finanzjarji fl-Anness II għall-ftehim iffirmat ARTreat – 224297, li huwa l-kuntratt inkwistjoni.
3.
Evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi u motivazzjoni insuffiċjenti.
Motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja għall-konstatazzjonijiet tas-sentenza.
Il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat u b’mod manifest, żnaturat il-provi prodotti.
Full & Egal Universal Law Academy