29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-27 ta’ Jannar 2016 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Veloserviss”
(Kawża C-47/16)
(2016/C 111/18)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenuta: SIA “Veloserviss”
Domandi preliminari
1)
L-obbligu għall-importatur li jaġixxi in bona fide msemmi fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), għandu jiġi ddefinit fis-sens li:
a)
dan l-obbligu jinkludi l-obbligu għall-importatur li jivverifika ċ-ċirkustanzi tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” rċevut mill-esportatur (iċ-ċertifikati tal-partijiet li jikkomponu l-merkanzija, l-attivitajiet tal-esportatur fil-manifattura tal-merkanzija, etc.)?
b)
l-importatur ma jaġixxix in bona fide bis-sempliċi fatt li l-esportatur ma jaġixxix in bona fide (pereżempju, jekk l-esportatur ma jiżvelax l-oriġini reali tal-ispejjeż jew il-valur tal-partijiet, etc. lill-awtorità doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni)?
c)
l-obbligu ta’ aġir in bona fide ma huwiex osservat bis-sempliċi fatt li l-esportatur ipprovda informazzjoni inkorretta lill-awtorità doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni, anki jekk l-awtorità doganali nnifisha wettqet żball fil-ħruġ taċ-ċertifikat?
2)
L-obbligu għall-importatur li jaġixxi in bona fide msemmi fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jista’ jiġi suffiċjentement ipprovat permezz tad-deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni u bil-konklużjoni li jinsabu fir-rapport tal-OLAF jew l-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom jiksbu provi addizzjonali relatati mal-aġir tal-esportatur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307
Full & Egal Universal Law Academy