18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Dunajská Streda (is-Slovakkja) fis-27 ta’ Jannar 2016 – ERGO Poisťovňa, a. s. vs Alžbeta Barlíková
(Kawża C-48/16)
(2016/C 136/19)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Dunajská Streda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ERGO Poisťovňa, a. s.
Konvenuta: Alžbeta Barlíková
Domandi preliminari
1)
L-espressjoni “l-kuntratt bejn il-parti terzi u l-prinċipal mhux ser jiġi eżegwit” fl-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1986 (1), dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (iktar ‘il quddiem id-“Direttiva 86/653”) għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi:
a)
in-nuqqas totali ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt, u għaldaqstant il-każ fejn la l-prinċipal u lanqas it-terz ma jipprovdu, lanqas parzjalment, is-servizzi previsti fil-kuntratt, jew
b)
anki n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni parzjali tal-kuntratt, u għaldaqstant, pereżempju, jekk ma jintlaħaqx id-dħul mill-bejgħ stabbilit, jew, jekk ikun il-każ, il-kuntratt ma jkunx ġie osservat għall-perijodu ta’ żmien previst?
2)
Jekk l-interpretazzjoni kellha tkun dik imsemmija fil-paragrafu b) tal-ewwel domanda, l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola ta’ agenzija kuntrattwali li biha l-aġent ikun obbligat jirritorna kwota proporzjonali tal-provvista tiegħu jekk il-kuntratt bejn il-prinċipal u t-terz ma jiġix eżegwit fil-portata prevista, u, b’mod partikolari, fil-portata stabbilita fil-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, ma jikkostitwixxix deroga għad-detriment tal-aġent?
3)
Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, sabiex jiġi evalwat jekk jeżistix “fatt […] dovut għal raġuni li għaliha l-prinċipal […] għandu[…] ħtija” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 86/653, għandhom jiġu eżaminati:
a)
unikament iċ-ċirkustanzi legali li wasslu direttament għax-xoljiment tal-kuntratt (pereżempju, meta x-xoljiment tal-kuntratt ikun dovut għall-inadempjenza tal-obbligi li jirriżultaw minnu minn naħa tat-terz)
b)
jew għandu jiġi eżaminat ukoll jekk tali ċirkustanzi legali kinux konsegwenza tal-imġieba tal-prinċipal fir-rapporti legali mal-imsemmija terz, li jkun wassal għal telf ta’ fiduċja minn naħa tat-terz lejn il-prinċipal u konsegwentement dan ikun wassal lit-terz jikser l-obbligu li jirriżulta mill-kuntratt mal-prinċipal?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1 p. 177.
Full & Egal Universal Law Academy