17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/5
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinji) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-18 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-659/14, Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP vs UASI
(Kawża C-56/16 P)
(2016/C 175/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinji) (UASI) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u E. Zaera Cuadrado, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP, Bruichladdich Distillery Co.Ltd
Talbiet
—
tilqa’ l-appell kollu kemm hu;
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 8(4), u l-Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 meta qieset li l-protezzjoni mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 491/2009 (2) lil denominazzjonijiet ta’ oriġini rreġistrati tista’ tiġi ssupplimentata permezz tad-Decreto-Lei Nru 173/2009 u tad-Decreto-Lei Nru 212/2004 u tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali Portugiż.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009, tal-25 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 154, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy