18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Frar 2016 – Prospector Offshore Drilling SA, Prospector Rig 1 Contracting Company SARL, Prospector Rig 5 Contracting Company SARL, Ensco plc, Ensco Offshore UK Limited, Rowan Companies plc, Rowan Cayman Limited, vs Her Majesty’s Treasury, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-72/16)
(2016/C 136/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prospector Offshore Drilling SA, Prospector Rig 1 Contracting Company SARL, Prospector Rig 5 Contracting Company SARL, Ensco plc, Ensco Offshore UK Limited, Rowan Companies plc, Rowan Cayman Limited
Konvenuti: Her Majesty’s Treasury, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49, 56 jew 63 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni, bħall-Parti 8ZA tal-Corporation Tax Act 2010, li tirregola l-eżenzjoni għan-nefqa disponibbli fir-rigward tal-profitti taxxabbli tar-Renju Unit ta’ kumpannija li tipprovdi servizzi ta’ tħaffir għall-industrija taż-żejt (“kuntrattur taż-żejt”) minn attivitajiet (il-“kummerċ affettwat”) li jinvolvu l-użu ta’ ċerti tipi ta’ assi (“assi rilevanti”) mikrija mingħand persuna “assoċjata” mal-kuntrattur taż-żejt, li:
1.1
għall-iskopijiet li jiġu kkalkolati l-profitti tal-kummerċ affettwat, timponi limitu predeterminat fuq it-tnaqqis ta’ pagamenti għall-kiri ta’ assi rilevanti minn persuni assoċjati, ikkalkolati b’riferiment għall-ispiża oriġinali tal-assi mikrija;
1.2
tgħid li l-ammont ta’ pagamenti li ma ġewx ammessi mil-limitu jistgħu jiġu eżentati kontra l-profitti taxxabbli fir-Renju Unit (jekk hemm) tal-kuntrattur taż-żejt jew kumpanniji oħra fl-istess grupp, li ma joħorġux mill-kummerċ affettwat; u
1.3
tissepara l-profitti mill-kummerċ affettwat billi tipprevjeni spejjeż imġarrba jew kemm telf fir-Renju Unit kif ukoll mhux fir-Renju Unit minn x’imkien ieħor fil-grupp tal-kuntrattur taż-żejt milli jkunu tpaċuti kontra l-profitti tal-kummerċ affettwat, iżda tippermettihom li jkunu tpaċuti kontra profitti oħra (jekk ikun hemm)?
2)
Speċifikament, l-Artikoli 49, 56 jew 63 TFUE jipprekludu tali leġiżlazzjoni f’ċirkustanzi fejn:
2.1
kuntrattur taż-żejt suġġett għal taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit jikri l-assi tiegħu minn kumpannija assoċjata, mhux suġġetta għal taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit u li tkun inkorporata u jkollha l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor; u/jew
2.2
iċ-ċirkustanzi ikunu kif stabbiliti fil-punt 2.1 iktar ’il fuq u speċifikament il-kuntrattur taż-żejt ikun inkorporat ukoll u bl-uffiċċju rreġistrat f’dak l-Istat Membru l-ieħor; u/jew
2.3
il-kuntrattur taż-żejt suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit jkun is-sussidjarju ta’ kumpannija omm fir-Renju Unit li jkollha sussidjarja oħra, mhux suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji u li tkun inkorporata u jkollha l-uffiċċju rreġistrat f’pajjiż terz, u l-kuntrattur taż-żejt jikri l-assi tiegħu minn dik is-sussidjarja minn pajjiż terz; u/jew
2.4
kull kombinazzjoni rilevanti oħra ta’ post ta’ stabbiliment u/jew sistema ta’ taxxa applikabbli għall-kuntrattur taż-żejt u/jew kerrej proprjetarju ta’ assi?
3)
Xi risposti għad-domandi hawn fuq ikunu differenti li kieku ġeneralment, u/jew fil-każ speċifiku tar-rikorrenti, gruppi proprjetarji ta’ riggijiet taż-żejt u li jipprovdu servizzi tat-tħaffir ma jkollhom ebda profitti sinjifikattivi netti minbarra t-tħaffir?
4)
Xi risposti għad-domandi hawn fuq ikunu differenti li kieku l-iskop tad-dispożizzjonijiet ikkontestati kien ikun li jipprevjenu l-evitar tat-taxxa billi jimplementaw struttura ta’ kumpannija frammentata artifiċjalment li ma jkollha l-ebda realtà ekonomika indipendenti barra mill-grupp?”
Full & Egal Universal Law Academy