2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Verona (l-Italja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Livio Menini u Maria Antonia Rampanelli vs Banco Popolare – Società Cooperativa
(Kawża C-75/16)
(2016/C 156/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Verona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Livio Menini u Maria Antonia Rampanelli
Konvenut: Banco Popolare – Società Cooperativa
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/11/UE (1), sa fejn jipprevedi li din id-direttiva għandha tapplika “mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/52/KE (2)”, għandu jinftiehem li jfisser li huwa mingħajr preġudizzjoni għall-possibbiltà tal-Istati Membri li jipprevedu l-medjazzjoni obbligatorja għall-każijiet biss li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/11/UE, jiġifieri dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2013/11/UE, it-tilwim kuntrattwali li jirriżulta minn kuntratti li ma humiex kuntratti ta’ bejgħ jew ta’ servizzi, kif ukoll dawk li ma jikkonċernawx lill-konsumaturi?
2)
L-Artikolu 1 […] tad-Direttiva 2013/11/UE, sa fejn jiggarantixxi lill-konsumaturi l-possibbiltà li jippreżentaw ilment kontra negozjanti quddiem entitajiet li joffru proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim stabbiliti għal dan il-għan, għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li din ir-regola tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-użu tal-medjazzjoni, f’waħda mit-tilwimiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2013/11/UE, bħala kundizzjoni għall-ammissibbiltà tal-azzjoni ġudizzjarja mibdija mill-parti li għandha l-kwalità ta’ konsumatur u, fi kwalunkwe każ, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assistenza obbligatorja ta’ avukat u li l-ispejjeż li jirriżultaw minnha għandhom jiġu mġarrba mill-konsumatur li jieħu parti fil-medjazzjoni f’waħda mit-tilwimiet imsemmija iktar ’il fuq, kif ukoll il-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-medjazzjoni meta jkun hemm raġuni ġġustifikata biss?
(1) Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Mejju 2013, dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, p. 63)
(2) Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy