12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/30
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Diċembru 2015 mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’Awla) fil-Kawża T-553/13, European Dynamics Luxembourg and Evropaïki Dynamiki vs Fusion for Energy
(Kawża C-88/16 P)
(2016/C 335/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: M. Sfyri, C.-N. Dede, D. Papadopoulou, dikigoroi)
Partijiet oħra fil-proċedura: European Joint Undertaking for ITER and the Development of Fusion Energy (Fusion for Energy)
Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Lulju 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.