17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid (Spanja) fil-15 ta’ Frar 2016 – Caixabank S.A. vs Héctor Benlliure Santiago
(Kawża C-91/16)
(2016/C 175/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Caixabank S.A.
Konvenut: Héctor Benlliure Santiago
Domanda preliminari
L-użu tar-rata ta’ interessi remuneratorji miftemha fil-każ fejn ikunu applikabbli l-interessi moratorji huwa konformi mad-Direttiva 93/13 (1) jew, bil-kontra, dan jippreżupponi bidla fil-kuntratt li ma hijiex permessa mill-ġurisprudenza Komunitarja?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
Full & Egal Universal Law Academy