2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 1 de Fuenlabrada (Spanja) fil-15 ta’ Frar 2016 – Bankia S.A. vs Henry-Rodolfo Rengifo Jiménez u Sheyla-Jeanneth Felix Caiza
(Kawża C-92/16)
(2016/C 156/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 1 de Fuenlabrada
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bankia S.A.
Konvenuti: Henry-Rodolfo Rengifo Jiménez u Sheyla-Jeanneth Felix Caiza
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġ interpretat fis-sens li kuntratt ma jistax ikompli jeżisti mingħajr il-klawżola inġusta meta fl-assenza tagħha l-kumplament tal-kuntratt ikun irraġonevolment oneruż għall-bejjiegħ jew fornitur?
2)
Fil-każ li kuntratt irraġonevolament oneruż għall-bejjiegħ jew fornitur ma jkunx kapaċi jkompli jeżisti, sabiex il-kuntratt jibqa’ validu, għall-protezzjoni tal-konsumatur, il-qorti nazzjonali għandha l-jedd li tapplika d-dritt supplimentari jew inkella għandha tagħmel il-kuntratt konformi billi tapplika regola li tkun minimament aċċettabbli għall-bejjiegħ jew fornitur?
3)
Il-fatt li klawżola ta’ terminazzjoni bikrija tiġi ddikjarata ineffettiva għaliex inġusta jippermetti li l-kumplament tal-kuntratt ikompli jeżisti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13?
4)
Il-konsumatur jista’ jirrinunzja, quddiem il-qorti li tieħu konjizzjoni tal-kawża, għas-sistema ta’ protezzjoni tad-Direttiva 93/13?
5)
Liġi proċedurali nazzjonali li tissuġġetta d-drittijiet jew il-benefiċċji sostantivi tal-konsumatur għall-kundizzjoni li dan jissottometti ruħu għall-proċedura ta’ implementazzjoni partikolarment imħaffa u li ma tirrikonoxxix dawn id-drittijiet jew benefiċċji fil-kuntest ta’ proċeduri oħra hija konformi mal-prinċipju ta’ effettività tad-Direttiva 93/13 u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
(2) ĠU 2012, C 326, p. 391
Full & Egal Universal Law Academy