17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/8
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-100/16 P)
(2016/C 175/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou (rappreżentanti: V. Christianos, I. Soufleros, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tad-9 ta’ Diċembru 2015, fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11 u tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Is-sentenza appellata ddeċidiet li l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 107(1) TFUE kienu ssodisfatti fir-rigward ta’ żewġ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat; l-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat tikkonċerna l-bejgħ tal-minjieri ta’ Cassandra lill-appellanti bi prezz li huwa inqas mill-valur tagħhom fis-suq. It-tieni miżura tikkonċerna l-eżenzjoni mit-taxxa, fir-rigward tal-valur tal-art tal-minjieri.
2.
L-appellanti tinvoka tliet aggravji, tnejn fir-rigward tal-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat u wieħed fir-rigward tat-tieni miżura ta’ għajnuna mill-Istat. B’mod iktar speċifiku:
—
Fir-rigward tal-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat: l-appellanti ssostni li l-evalwazzjoni fis-sentenza appellata fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi, flimkien ma’ difett ta’ motivazzjoni u irregolarità proċedurali fir-rigward tal-valur tal-minjieri.
—
Fir-rigward tal-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat: l-appellanti ssostni li l-evalwazzjoni fis-sentenza appellata fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi, flimkien ma’ difett ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-valur tal-art.
—
Fir-rigward tat-tieni miżura ta’ għajnuna mill-Istat: l-appellanti ssostni li l-evalwazzjoni fis-sentenza appellata fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ hija vvizzjata minn żball ta’ liġi.
Full & Egal Universal Law Academy