10.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2016 – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat
(Kawża C-102/16)
(2016/C 165/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vaditrans BVBA
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) tal-istess regolament ma jistgħux jittieħdu fil-vettura?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament Nru 561/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 19 tal-istess regolament, jikser il-prinċipju ta’ legalità f’materji kriminali kif stabbilit fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) sa fejn id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 561/2006 ma jipprevedux espliċitament il-projbizzjoni li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) ta’ dan l-istess regolament jittieħdu fil-vettura?
3)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 561/2006 jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, il-projbizzjoni li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) ta’ dan l-istess regolament jittieħdu fil-vettura?
(1) ĠU 2006, L 102, p. 1
(2) ĠU 2000, C 364, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy