2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Frar 2016 – Openbaar Ministerie vs Paweł Dworzecki
(Kawża C-108/16)
(2016/C 156/39)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie
Konvenut: Paweł Dworzecki
Domandi preliminari
1)
Il-kunċetti ta’
—
“fi żmien debitu, […] kienet ikkonvokata [imħarrka] personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati li rriżultaw fid-deċiżjoni”
u ta’
—
“fi żmien debitu, […] b’mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata”,
użati fl-Artikolu 4a(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI (1), huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni?
2)
Jekk iva,
a)
dawn il-kunċetti awtonomi kif għandhom ġeneralment jiġu interpretati u
b)
każ bħal dak ta’ din il-kawża, li huwa kkaratterizzat mill-fatt li:
—
skont il-MAE [mandat ta’ arrest Ewropew], it-taħrika ġiet innotifikata, fl-indirizz tal-persuna mħarrka, lil persuna adulta residenti fid-dar tagħha li impenjat ruħha tgħaddi t-taħrika lill-persuna mħarrka;
—
mill-MAE ma jistax jiġi ddeterminat jekk u meta dik il-persuna residenti fid-dar effettivament għaddiet it-taħrika lill-persuna mħarrka;
—
id-dikjarazzjonijiet magħmula waqt is-seduta quddiem il-qorti tar-rinviju mill-persuna mħarrka ma jippermettux li jiġi ddeterminat jekk din tal-aħħar kinitx informata, fi żmien xieraq, dwar id-data u l-post tal-kawża skedata,
jaqa’ taħt wieħed miż-żewġ kunċetti awtonomi msemmija fl-ewwel domanda?
(1) Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).
Full & Egal Universal Law Academy