17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Frar 2016 – Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti
(Kawża C-112/16)
(2016/C 175/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Persidera SpA
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti
Domandi preliminari
1)
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar preċiż, l-Artikoli 56, 101, 102 u 106 TFUE, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (1) (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (2) (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2002/77/KE (3) (Direttiva Kompetizzjoni), kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà tal-kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ netwerks diġitali attribwiti lill-operaturi waqt il-konverżjoni ta’ netwerks analogi, teżiġi t-teħid inkunsiderazzjoni kemm in-netwerks analogi ġestiti għal kollox legalment kif ukoll in-netwerks analogi, ġestiti fil-passat bi ksur tal-limiti fil-qasam ta’ konċentrazzjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li diġà tkun ġiet ikkritikata mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni, jew, fi kwalunkwe każ, mingħajr awtorizzazzjoni?
2)
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar preċiż, l-Artikoli 56, 101, 102 u 106 TFUE, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2002/77/KE (Direttiva Kompetizzjoni), kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà tal-kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ netwerks diġitali attribwiti lill-operaturi waqt il-konverżjoni ta’ netwerks analogi, tieħu inkunsiderazzjoni n-netwerks analogi kollha ġestiti sa dakinhar, anki dawk ġestiti bi ksur tal-limiti fil-qasam ta’ konċentrazzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li diġà ġiet ikkritikata mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Kummissjoni jew, fi kwalunkwe każ, mingħajr awtorizzazzjoni, u li fil-fatt twassal sabiex jiġi applikat tnaqqis fin-numru ta’ netwerks diġitali attribwiti lil operatur ta’ diversi netwerks, meta mqabbla ma’ dawk ġestiti fis-sistema analoga, proporzjonalment ikbar, minn dik imposta fuq il-kompetituri?
(1) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)
(2) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)
(3) Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178)
Full & Egal Universal Law Academy