17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid (Spanja) fid-29 ta’ Frar 2016 – Abanca Corporación Bancaria S.A. vs Juan José González Rey et
(Kawża C-120/16)
(2016/C 175/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Abanca Corporación Bancaria S.A.
Konvenuti: Juan José González Rey, María Consuelo González Rey u Francisco Rodríguez Alonso
Domanda preliminari
L-użu tar-rata miftiehma għall-interessi remuneratorji f’każ li fih japplikaw l-interessi moratorji huwa konformi mad-Direttiva 93/13 (1) jew, għall-kuntrarju, dan jikkostitwixxi integrazzjoni tal-kuntratt mhux permessa mill-ġurisprudenza Komunitarja?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy