6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile e penale di Cagliari (l-Italja) fid-29 ta’ Frar 2016 – Salumificio Murru SpA vs Autotrasporti di Marongiu Remigio
(Kawża C-121/16)
(2016/C 200/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile e penale di Cagliari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Salumificio Murru SpA
Konvenuta: Autotrasporti di Marongiu Remigio
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 101 TFUE, moqri flimien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 83a(10) tad-Digriet Liġi Nru 112/2008, sa fejn il-prezz tas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq f’isem terzi ma jistax ikun inqas mill-ispejjeż minimi tal-operat stabbiliti mill-Ministeru tal-Infrastrutturi u tat-Trasport u ma jitħalliex għad-determinazzjoni libera tal-kontraenti?
2)
B’teħid inkunsiderazzjoni tal-kwalità ta’ awtorità pubblika tal-Ministeru tal-Infrastrutturi u tat-Trasport, ir-regoli tal-kompetizzjoni fis-suq intern jistgħu jkunu ristretti permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jiġi segwit l-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà fit-toroq?
Full & Egal Universal Law Academy