30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) fid-29 ta’ Frar 2016 – Malta Dental Technologists Association et vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina
(Kawża C-125/16)
(2016/C 191/13)
Lingwa tal-kawża: il-Malti
Qorti tar-rinviju
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malta Dental Technologists Association, John Salomone Reynaud
Konvenuti: Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina
Domandi preliminari
1)
Jekk il-projbizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta, ossia r-rifjut tagħhom li jagħtu għarfien lill-professjoni ta’ Clinical Dental Technologists/Denturists minnkejja li ma hemmx diskriminazzjoni fil-liġi iżda fil-prattika, applikanti minn Stati Membri oħra qed jiġu projbiti li jistabbilixxu l-professjoni tagħhom f’Malta hijiex inkompatibbli mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-ħolqien tas-Single Market, partikolarment kif jemanaw mill-Artikoli 49 TFEU, 52 TFEU u 56 TFEU meta ma hemmx periklu għas-saħħa pubblika.
2)
Jekk id-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, imsejħa l-Professional Qualifications Directive, għandhiex tiġi applikata fir-rigward ta’ Clinical Dental Technologists peress illi jekk dentiera tkun difettuża, l-unika konsegwenza tkun li dik id-“dental appliance” difettuża tkun trid tiġi aġġustata jew mibdula, mingħajr l-ebda periklu għall-pazjent.
3)
Jekk il-projbizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta li qiegħda tiġi kkontestata ma tistax isservi biex tassigura l-objettiv li jkun hawn livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika peress li kull dentiera difettuża tista’ tiġi mibdula mingħajr l-ebda periklu għall-pazjent.
4)
Jekk hux qed jiġi vvjolat il-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba l-mod kif iI-konvenut Superintendent tas-Saħħa Pubblika qed jinterpreta u jenforza d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, fir-rigward ta’ Clinical Dental Technologists li japplikaw għal rikonoxximent mill-istess awtoritajiet tas-saħħa f’Malta.
(1) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy