13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Georgsmarienhütte GmbH et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-135/16)
(2016/C 211/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgsmarienhütte GmbH, Stahlwerk Bous GmbH, Schmiedag GmbH, Harz Guss Zorge GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domanda preliminari
Id-Deċiżjoni li l-Kummissjoni Ewropea adottat fil-25 ta’ Novembru 2014 [Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) [implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija] C (2014) 8786 finali] (1) tmur kontra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Kummissjoni tikkwalifika l-limitu massimu tas-soprataxxa tal-EEG bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?
(1) ĠU 2015, L 250, p. 122.