20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger Reg. Gen. mbH (AKM) vs Zü Betriebs GmbH
(Kawża C-138/16)
(2016/C 222/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger Reg. Gen. mbH (AKM)
Konvenuta: Zü Betriebs GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1) jew l-Artikolu 11a(1)(2) tal-Konvenzjoni ta’ Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, verżjoni ta’ Stokkolma/Pariġi 1967/1971, għandhom jiġu interpretati fis-sens li
huwa kontra d-dritt tal-Unjoni jew tal-Konvenzjoni ta’ Bern li, bħala ftehim internazzjonali, tagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni, dispożizzjoni
li tipprevedi li t-trażmissjoni ta’ xandir permezz ta’ “antenni komuni” bħal dawk tal-konvenuta fil-kawża prinċipali
(a)
ma hijiex ikkunsidrata bħala xandir ġdid meta n-numru ta’ abbonati konnessi ma’ din l-antenna ma huwiex ogħla minn 500 jew
(b)
hija kkunsidrata bħala li tagħmel parti integrali mix-xandir oriġinali meta din hija trażmissjoni simultanja, kompleta u mhux modifikata ta’ trażmissjoni ta’ xandir minn Österreichischer Rundfunk permezz ta’ servizzi li jinsabu fit-territorju nazzjonali (Awstrijak),
u li, peress li dawn l-użi lanqas ma jaqgħu taħt dritt esklużiv ieħor ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku minn distanza fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE, konsegwentement dawn ma huma suġġetti la għall-awtorizzazzjoni tal-awtur u lanqas għal obbligu ta’ remunerazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.