6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Burgos (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Juan Moreno Marín, Maria Almudena Benavente Cardaba u Rodrigo Moreno Benavente vs Abadía Retuerta, S.A.
(Kawża C-139/16)
(2016/C 200/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial sección no 3 de Burgos
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Juan Moreno Marín, Maria Almudena Benavente Cardaba u Rodrigo Moreno Benavente
Konvenuta: Abadía Retuerta, S.A.
Domandi preliminari
1)
L-użu ta’ sinjal li jirreferi għall-karatteristika ta’ prodott jew servizz li tikkonsisti fil-possibbiltà li jinstab fl-abbundanza fl-istess post b’valur u kwalità għolja jista’ jaqa’ taħt il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2008/95/KE (1)?
2)
Sinjal b’dawn il-karatteristiċi jista’ jitqies bħala indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika, sa fejn il-prodott jew is-servizzi inkwistjoni huma dejjem ikkonċentrati fi spazju fiżiku speċifiku?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25)
Full & Egal Universal Law Academy