6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2016 – Edra Costruzioni Soc. coop., Edilfac Srl vs Comune di Maiolati Spontini
(Kawża C-140/16)
(2016/C 200/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Edra Costruzioni Soc. coop., Edilfac Srl.
Konvenut: Comune di Maiolati Spontini
Domanda preliminari
Il-prinċipji Komunitarji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, flimkien mal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza, stabbiliti (fl-aħħar lok) fid-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana li tirriżulta mill-Artikoli 87(4) u 86(3 bis) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006, u tal-Artikolu 26(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 81 tal-2008, ikkunsidrati flimkien, hekk kif interpretat mis-sentenzi tal-Consiglio di Stato sedenti fil-formazzjoni plenarja tiegħu, Nri 3 u 9 tal-2015, skont il-funzjoni tiegħu ta’ interpretazzjoni uniformi tal-liġi, fid-dawl tal-Artikolu 99 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva Taljana, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tan-nefqa ta’ sigurtà fl-impriża, fl-offerti ekonomiċi għal proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, jiddetermina, fi kwalunkwe każ, l-esklużjoni tal-kumpannija offerenti mingħajr il-possibbiltà li tiġi mistiedna tikkompleta jew tipprovdi kjarifiki dokumentali (soccorso istruttorio) u ta’ kontradittorju, anki fil-każ fejn l-obbligu ta’ indikazzjoni separata la jkunx ġie speċifikat fil-leġiżlazzjoni dwar sejħiet għal offerti u lanqas fil-mudell anness li għandu jiġi kkompletat għat-tressiq tal-offerti, u dan anki irrispettivament miċ-ċirkustanza li, mill-perspettiva sostantiva l-offerta effettivament tosserva n-nefqa minima ta’ sigurtà fl-impriża?
(1) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).
Full & Egal Universal Law Academy