30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Milano (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2016 – Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani vs Agenzia delle dogane e dei Monopoli
(Kawża C-141/16)
(2016/C 191/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani
Konvenuta: Agenzia delle dogane e dei Monopoli
Domandia preliminari
L-Artikoli 56 u 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqrija fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stess kif tirriżulta, fil-qasam tas-servizzi tal-logħob tal-ażżard u tal-imħatri, mis-sentenzi Gambelli, Placanica, kif ukoll Costa u Cifone, u, fil-qasam tad-diskriminazzjoni fiskali, mis-sentenzi Lindman, Il-Kummissjoni vs Spanja, kif ukoll Bianco u Fabretti, u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza fit-trattament, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u l-aspettattivi leġittimi, jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik Taljana li hija s-suġġett ta’ din it-tilwima, li tissuġġetta, anki b’mod retroattiv, għall-imposta unika fuq l-imħatri u l-logħob ta’ tbassir, prevista fl-Artikoli 1 sa 3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504 tat-23 ta’ Diċembru 1998, kif emendati bl-Artikolu 1(66)(b) tal-Liġi ta’ Stabbiltà 2011, lill-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu d-data tal-logħob fl-interess ta’ operaturi tal-imħatri, stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li jkollhom b’mod partikolari l-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd., u fi kwalunkwe każ, lill-istess operaturi tal-imħatri, in solidum mal-intermedjarji nazzjonali tagħhom?
Full & Egal Universal Law Academy