17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Riksåklagaren vs Zenon Robert Akarsar
(Kawża C-148/16)
(2016/C 175/14)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Riksåklagaren
Konvenut: Zenon Robert Akarsar
Domanda preliminari
1)
Id-domanda tikkonċerna l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru [Deċiżjoni Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/JHA (1)).
Stat Membru jista’ jirrifjuta li jeżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew, li jikkonċerna l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja li ngħatat bħala sentenza unika għal numru ta’ reati, meta wieħed minn dawn ir-reati ma jikkostitwixxix reat taħt id-dritt tal-Istat Membru li jeżegwixxi u l-Istat Membru tal-ħruġ ma jistax jordna li s-sentenza tiġi diviża?
Ir-reat inkwistjoni ma jikkostitwixxix reat tali kopert mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas li fir-rigward tiegħu r-rekwiżit ta’ kriminalità doppja ma jistax jiġi applikat.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy