6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Fondul Proprietatea SA vs Complexul Energetic Oltenia SA
(Kawża C-150/16)
(2016/C 200/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA
Konvenuta: Complexul Energetic Oltenia SA
Domandi preliminari
1)
Id-deċiżjoni tal-assemblea ġenerali tal-azzjonisti ta’ CE OLTENIA, adottata b’vot tal-Istat Rumen, permezz tad-dipartiment tal-enerġija tal-Ministeru tal-Ekonomija, fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist li jżomm 77,17 % mill-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, li permezz tagħha ġie aċċettat, minn naħa, li jiġi estint id-dejn ta’ RON 28 709 457,13 li SC ELECTRONCENTRALE GRUP SA kellha lejn CE OLTENIA billi jiġi ttrasferit assi kkostitwit mill-beni rreġistrati taħt in-Nru 70301 fil-katast tal-komun ta’ Chişcani, distrett ta’ Brăila u, min-naħa l-oħra, li titħallas lil ELECTROCENTRALE GRUP SA id-differenza bejn il-valur tal-bejgħ tal-assi u l-valur tad-dejn ta’ CE OLTENIA, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE u, iktar preċiżament, miżura i) iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, ii) li hija ta’ natura selettiva u iii) li hija suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-għajnuna mill-Istat kienet suġġetta għall-obbligu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 108(3) TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy