30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/13
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Grand Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-152/16)
(2016/C 191/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)
Konvenut: Il-Grand Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma ħoloqx ir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-transport bit-triq tiegħu, u għaldaqstant, billi ma stabbilixxiex interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, il-Grand Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1);
—
tikkundanna lill-Grand Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1071/2009, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-transport bit-triq li ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti nazzjonali sabiex jeżerċitaw il-professjoni ta’ trasportatur bit-triq.
Issa, mir-risposta tal-Istat Lussemburgiż għall-ittra ta’ intimazzjoni jirriżulta ma ġiex stabbilit tali reġistru nazzjonali.
Konsegwentement, l-Istat Lussemburgiż ma jinsabx konformi mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1071/2009.
Skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 1071/2009, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji kollha sabiex ir-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi u aċċessibbli fl-Unjoni kollha.
Fl-assenza ta’ reġistru nazzjonali, ma hemm l-ebda dubju li l-amministrazzjoni Lussemburgiża ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex ir-reġistru nazzjonali tagħha, li ma jeżistix, jiġi interkonness mar-reġistri nazzjonali l-oħra.
Konsegwentement, l-Istat Lussemburgiż ma kkonformax ruħu mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 1071/2009.
(1) ĠU L 300, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy