20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/3
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-153/16)
(2016/C 222/04)
Lingwa tal-kawża: is-sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec u E. Sanfrutos Cano)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Talbiet
—
Tiddikjara li, billi ppermettiet sitwazzjoni kontinwa u persistenti ta’ insigurtà ambjentali u għas-saħħa tal-bniedem minħabba ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati, flimkien ma skart ieħor, anki perikoluż, u bir-rimi tagħhom bi ksur tar-rekwiżiti imposti fid-direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], ir-Repubblika tas-Slovenja kisret l-Artikolu 12 (Rimi), l-Artikolu 13 f’dak li jirrigwarda l-immaniġġar tal-iskart u li jiħu inkunsiderazzjoni l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, u l-Artikolu 36(1) (Infurzar u pieni), tad-direttiva qafas dwar l-iskart, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3)(d) dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill];
—
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika tas-Slovenja ppermettiet sitwazzjoni kontinwa u persistenti ta’ insigurtà ambjentali u għas-saħħa tal-bniedem minħabba ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati, flimkien ma skart ieħor, anki perikoluż, u bir-rimi tagħhom bi ksur tar-rekwiżiti, minn naħa, tad-direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], u min-naħa l-oħra, tad-direttiva qafas dwar l-iskart.