13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2016 – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut
(Kawża C-156/16)
(2016/C 211/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tigers GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Landshut
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (1), tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jippermetti, fil-kuntest tal-ewwel determinazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping definittiv, li tiġi ppreżentata a posteriori fattura kummerċjali valida, meta l-kundizzjonijiet neċessarji l-oħra kollha sabiex tinkiseb rata ta’ dazju antidumping individwali jkunu ssodisfatti?
2)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
L-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2913/92 (2), tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, jipprekludi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni, l-awtorità doganali tirrifjuta r-rimbors ta’ dazju antidumping minħabba li d-dikjarant ikun ippreżenta fattura kummerċjali valida biss wara d-dikjarazzjoni doganali?
(1) ĠU L 131, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239.
Full & Egal Universal Law Academy