30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-17 ta’ Marzu 2016 – “Starptautiskā lidosta ‘Rīga’ VAS” vs Konkurences padome
(Kawża C-159/16)
(2016/C 191/19)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Starptautiskā lidosta ‘Rīga’ VAS”
Konvenut: Konkurences padome
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 102 u 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-uniku u l-istess aġir ta’ impriża pubblika jista’ jiġi analizzat kemm mill-perspettiva tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat (fil-forma ta’ għoti eventwali ta’ għajnuna mill-Istat lil klijent jew lil sieħeb kummerċjali) kif ukoll minn dik tal-operat abbużiv ta’ pożizzjoni dominanti?
2)
Teżisti bejn dawn iż-żewġ analiżijiet ċertu ordni jew ġerarkija?
3)
Awtorità jew qorti adita b’kawża ta’ ksur [tad-dritt] tal-kompetizzjoni, li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ tarifikazzjoni diskriminatorja għall-klijenti jew għas-sħab kummerċjali ta’ impriża pubblika, tista’ tikkonstata li l-aġir ta’ operatur ekonomiku jikser l-Artikolu 102 TFUE, jekk dan il-ksur jikkonsisti fl-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr ma tkun ġiet segwita l-proċedura ta’ verifika minn qabel stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy