17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Airhelp Limited vs Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S
(Kawża C-161/16)
(2016/C 175/15)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Attunda tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Airhelp Limited
Konvenuti: Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 2(g) u l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jibbenefika minn kumpens, passiġġier għandu jkollu post riżervat (jiġifieri d-dritt li jkollu l-post proprju tiegħu fl-ajruplan) jew inkella huwa biżżejjed li l-passiġġier ikun irċieva konfermazzjoni tal-prenotazzjoni tiegħu għat-titjira (jiġifieri d-dritt li jivjaġġa fl-ajruplan)?
2)
Biljett bi prezz imnaqqas għal wild li ma għandux il-post propju tiegħu matul il-vjaġġ fl-ajruplan, iżda li jivvjaġġa akkompanjati minn passiġġier ieħor, għandu jitqies li huwa għad-dispożizzjoni direttament jew indirettment għall-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 261/2004?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy