13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Christian Louboutin, Christian Louboutin SAS vs Van Haren Schoenen BV
(Kawża C-163/16)
(2016/C 211/39)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Christian Louboutin, Christian Louboutin SAS
Konvenuta: Van Haren Schoenen BV
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “għamla” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) (fil-verżjoni Ġermaniża, fil-verżjoni Ingliża u fil-verżjoni Franċiża tad-Direttiva dwar it-trade marks, rispettivament: Form, shape u forme) huwa limitat għall-karatteristiċi tridimensjonali tal-prodotti, bħall-kontorni, il-kejl u l-volumi tagħhom (espressi tridimensjonalment) jew jinkludi karatteristiċi (mhux tridimensjonali) oħrajn tal-prodotti, bħall-kulur tagħhom?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2008 L 299, p. 25).
Full & Egal Universal Law Academy