30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeeus (il-Finlandja) fid- 29 ta’ Marzu 2016 – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry
(Kawża C-175/16)
(2016/C 191/24)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik
Konvenuta: SOS-Lapsikylä ry
Domanda preliminari
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jista’ jkopri xogħol f’dar tat-tfal, kif deskritt iktar ’il fuq, fejn il-ħaddiem li jissostitwixxi l-persuna li taġixxi bħala ġenitur għat-tfal li jieħu responsabbiltà għalihom matul il-leave tagħha jgħix ma’ dawn it-tfal f’ambjent tal-familja, u jieħu responsabbiltà, f’dan il-perijodu, b’mod awtonomu, għall-bżonnijiet tat-tfal u tal-familja b’mod simili bħallikieku kien ġenitur veru?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.
Full & Egal Universal Law Academy