30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/20
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 minn Proforec Srl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-120/15, Proforec Srl vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-176/16 P)
(2016/C 191/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Proforec Srl (rappreżentanti: G. Durazzo, M. Mencoboni, G. Pescatore, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-digriet għal inammissibbiltà Nru 704600 tal-21 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-120/15 għall-aggravji invokati, li ser isir riferiment sħiħ għalihom;
—
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors, bla ħsara li tadotta, jekk ikun il-każ, miżuri xierqa;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. Fl-ipoteżi fejn dan ir-rikors jiġi miċħud (quad non), qed jintalab il-kumpens għall-ispejjeż legali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka tliet aggravji relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà:
L-EWWEL AGGRAVJU bbażat fuq il-motivazzjoni żbaljata fid-dritt u fil-fatt tal-assenza ta’ interess ġuridiku. Fil-punti 28 sa 31 tad-digriet, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea b’mod inkorrett ikkonkludiet li ma kienx hemm interess tar-rikorrenti li titlob l-annullament tar-Regolament, wara raġunament illoġiku li identifika bħala l-uniċi benefiċjarji tal-annullament tar-Regolament ikkontestat id-distributuri tat-trade marks terzi u mhux direttament Proforec.
IT-TIENI AGGRAVJU bbażat fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE mill-Qorti Ġenerali sa fejn ċaħdet li r-rikorrenti kellha kwalunkwe interess sabiex tippreżenta r-rikors.
IT-TIELET AGGRAVJU bbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti, fil-punti 32 sa 35 tad-digriet għal inammissibiltà, tal-assenza ta’ interess tar-rikorrenti sa fejn il-Qorti Ġenerali tat rappreżentazzjoni żbaljata tal-fatti li jikkonċernaw l-assenza ta’ riskju ta’ azzjoni ġudizzjarja fir-rigward tar-rikorrenti billi ma kkunsidratx dan ir-riskju bħala reali u attwali fid-data ta’ preżentata tar-rikors u billi ma tatx deċiżjoni dwar l-illegalità manifesta tar-Regolament li ma jipprevedi ebda perijodu tranżitorju sabiex tkun tista’ sseħħ l-eliminazzjoni tal-istokk u tal-imballaġġi.
Full & Egal Universal Law Academy