6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ Marzu 2016 – Biedrība “Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība” vs Konkurences padome
(Kawża C-177/16)
(2016/C 200/18)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Biedrība “Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība”
Konvenut: Konkurences padome
Domandi preliminari
1)
Is-subparagrafu a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE huwa applikabbli f’tilwima li tirrigwarda tariffi stabbiliti minn soċjetà nazzjonali għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur meta din is-soċjetà tiġbor ukoll ir-remunerazzjoni għal xogħlijiet ta’ awturi barranin u fejn it-tariffi li hija stabbiliet jistgħu jiskoraġġixxu l-użu tal-imsemmija xogħlijiet fl-Istat Membru kkonċernat?
2)
Il-kunċett ta’ prezzijiet inġusti użat fis-subparagrafu a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi speċifikat fil-kuntest tal-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati permezz ta’ pparagunar tal-prezzijiet (tariffi) mal-prezzijiet (tariffi) applikabbli fis-swieq ġirien tas-suq ikkonċernat; dan l-ipparagunar huwa suffiċjenti u f’liema każijiet?
3)
Il-kunċett ta’ prezzijiet inġusti użat fis-subparagrafu a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi speċifikat fil-kuntest tal-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati permezz tal-indiċi tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist, li jirriżulta mill-prodott gross domestiku, u dan l-ipparagunar huwa suffiċjenti?
4)
L-ipparagunar tat-tariffi għandu jsir fir-rigward ta’ kull taqsima tariffarja jew inkella fir-rigward tal-livell medju tat-tariffi?
5)
Meta għandu jitqies li d-differenza bejn it-tariffi eżaminati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ prezzijiet (tariffi) inġusti użat fis-subparagrafu a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE hija kunsiderevoli b’tali mod li l-operatur ekonomiku li jkollu pożizzjoni dominanti għandu juri li t-tariffi tiegħu huma ġusti?
6)
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tas-subparagrafu a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, liema informazzjoni tista’ tiġi raġonevolment mistennija mingħand l-operatur ekonomiku sabiex juri n-natura ġusta tat-tariffi tax-xogħol protett jekk il-prezz tal-kost tal-imsemmi xogħol ma jistax jiġi ddeterminat kif isir fil-każ ta’ prodotti materjali? Dawn huma biss l-ispejjeż amministrattivi tas-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur?
7)
Fil-kuntest ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, mid-dħul mill-bejgħ tas-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur għandhom jiġu esklużi r-remunerazzjonijiet imħallsa lill-awturi mill-imsemmija soċjetà?
Full & Egal Universal Law Academy