17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/15
Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fid-29 ta’ Marzu 2016 – Yukos Universal Ltd vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment
(Kawża C-185/16 SA)
(2016/C 175/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Yukos Universal Ltd (rappreżentant: H. Boularbah, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
—
tordna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jiddikjara l-kawżi, l-ammonti u l-modalitajiet tal-krediti li l-Federazzjoni Russa għandha kontrih;
—
tawtorizza lill-Yukos Universal Ltd teżegwixxi mandat ta’ qbid kawtelatorju għal assi ta’ terzi miżmuma mill-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward ta’ dawn il-krediti, u minn tal-inqas fuq is-sommom kollha dovuti, jew li ser ikunu dovuti, mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Federazzjoni Russa fil-kwalità tiegħu ta’ emittur ta’ bonds sottoskritti mill-Federazzjoni Russa, u dan inkluż fuq l-interessi ġġenerati minn dawn il-bonds u r-rimbors tagħhom, skont il-modalitajiet stipulati fil-kuntratt(i) ta’ emmissjoni jew fil-prospett(i) inkwistjoni, u dan sal-ammont, f’kapital prinċipali u f’interessi, bla ħsara għal rivalorizzazzjoni fil-mori tal-kawża, ta’ EUR 1 690 886 892,20(l-ammont ta’ kreditu li Yukos Universal Ltd għandha fil-konfront tal-Federazzjoni Russa);
—
f’kull każ, tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
Full & Egal Universal Law Academy