6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ April 2016 – Peter Fisher, Stephen Fisher, Anne Fisher vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-192/16)
(2016/C 200/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Fisher, Stephen Fisher, Anne Fisher
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Parti interessata: Her Majesty’s Government of Gibraltar
Domandi preliminari
1)
Għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE (libertà ta’ stabbiliment) u fid-dawl tar-relazzjonijiet kostituzzjonali bejn Ġibiltà u r-Renju Unit:
1.1.
Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jitqiesu li jifformaw parti minn Stat Membru wieħed (a) għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u, jekk dan huwa l-każ, dan jimplika li l-Artikolu 49 TFUE ma huwiex applikabbli bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà, ħlief sa fejn dan jista’ japplika għal miżura interna jew, sussidjarjament, (b) għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE ikkunsidrat waħdu, b’tali mod li dan l-artikolu ma japplikax, ħlief sa fejn jista’ japplika għal miżura interna? Sussidjarjament,
1.2.
Fid-dawl tal-Artikolu 355(3) TFUE, Ġibiltà għandha l-istatus kostituzzjonali ta’ territorju sseparat mir-Renju Unit ġewwa l-Unjoni Ewropea, b’tali mod li (a) l-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandu jiġi ttrattat fis-sens li jifforma parti mill-iskambji interni fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE jew (b) l-Artikolu 49 TFUE japplika biex jipprojbixxi r-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment minn ċittadini tar-Renju Unit f’Ġibiltà (entità distinta)? Sussidjarjament,
1.3.
Ġibiltà għandha tiġi ttrattata bħala pajjiż jew bħala territorju terz, b’tali mod li d-dritt tal-Unjoni Ewropea japplika għall-iskambji bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà biss meta dan id-dritt japplika bejn Stat Membru u Stat mhux membru? Sussidjarjament,
1.4.
Ir-relazzjonijiet kostituzzjonali bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu ttrattati b’mod differenti għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE?
2)
Kemm, jekk ikun il-każ, ivarjaw ir-risposti għad-domandi preċedenti meta dawn jiġu eżaminati fil-kuntest tal-Artikolu 63 TFUE (u b’hekk f’dak li jikkonċerna l-libertà ta’ moviment tal-kapital) minflok fil-kuntest tal-Artikolu 49 TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy