11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fis-7 ta’ April 2016 – E vs Subdelegación del Gobierno en Álava
(Kawża C-193/16)
(2016/C 251/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E
Konvenut: Subdelegación del Gobierno en Álava
Domanda preliminari
Konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE (1), ir-rikorrent, li ġie kkundannat għal tnax-il sena ħabs għal reati ripetuti ta’ abbuż ta’ minorenni, huwa ta’ theddida reali u attwali għas-sigurtà pubblika, fid-dawl tal-fatt li huwa qiegħed jinżamm il-ħabs u li, filwaqt li skonta sitt snin, baqagħlu diversi snin x’jiskonta qabel ma jikseb il-libertà tiegħu?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).