11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fit-8 ta’ April 2016 – Comune di Loro Piceno et vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente
(Kawża C-197/16)
(2016/C 251/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Comune di Loro Piceno, Marcello Bartolini, Filippo Bruè, Sergio Forti, Stefano Piatti, Gaetano Silvetti, Gianfranco Silvetti, Rocco Tirabasso, Sante Vagni, Albergo Ristorante Le Grazie Sas di Forti Sergio & Co., Suolificio Elefante Srl, Suolificio Roxy Srl, Aldo Alessandrini
Konvenuti: Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente
Domanda preliminari
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 191 TFUE u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/92/UE (1), jista’ jitqies bħala kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-fatt li ssir verifika intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk għandhiex issir evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent (u li eventwalment titwettaq tali evalwazzjoni tal-impatt) wara t-twettiq tal-installazzjoni, meta l-awtorizzazzjoni tkun is-suġġett ta’ annullament mill-qorti nazzjonali minħabba li l-proġett ma kienx is-suġġett ta’ verifika intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li ssir evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, għaliex dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kontrarji għad-dritt tal-Unjoni kienu jipprovdu li ma kienx hemm lok li ssir tali verifika?
(1) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).