1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/9
Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2016 minn Agriconsulting Europe SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-570/13, Agriconsulting Europe SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-198/16 P)
(2016/C 279/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Agriconsulting Europe SA (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għal dawk fil-Kawża T-570/13.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Fir-rigward tal-kriterji ta’ attribuzzjoni Nri 1 u 2: żnaturament u rappreżentazzjoni żbaljata tal-argumenti fformulati mill-appellanti; ksur tal-prinċipju ta’ kumpens għad-dannu għal dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.
2.
Fir-rigward tal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa: żnaturament tal-evalwazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi; żnaturament tad-dokumenti proċedurali u motivazzjoni kontradittorja billi l-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet il-motivazzjoni tagħha b’dik tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.
3.
Rappreżentazzjoni żbaljata u żnaturament tar-rikors u tal-provi fir-rigward tal-offerta tal-missjonijiet addizzjonali; interpretazzjoni żbaljata tal-parametri relatati mal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa kif ukoll tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża għall-verifika tal-anomalija; ksur tar-regoli tal-għoti tal-kuntratt; rappreżentazzjoni żbaljata u żnaturament tal-provi tal-appellanti.
4.
Interpretazzjoni żbaljata tan-natura reali u ċerta tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat.