11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ April 2016 – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.
(Kawża C-223/16)
(2016/C 251/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato (l-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Casertana Costruzioni Srl
Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.
Domanda preliminari
L-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE (1), kif issostitwiti bl-Artikolu 63 tad-Direttiva 2004/24/UE (2), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, jew li tista’ tiġi interpretata fis-sens li teskludi, il-possibbiltà għall-operatur ekonomiku, jiġifieri għall-parti li qed tikkompeti fis-sejħa għal offerti, li jindika impriża oħra minflok dik inizjalment magħżula bħala “impriża awżiljarja” u li tkun tilfet, totalment jew parzjalment, ir-rekwiżiti sabiex tipparteċipa fis-sejħa għal offerti, li jimplika li dan l-operatur ekonomiku jiġi eskluż mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti għal raġunijiet li ma humiex attribwibbli għalih, kemm oġġettivament u kif ukoll suġġettivament?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
(2) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).