1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ April 2016 – Jan Theodorus Arts vs Veevoederbedrijf Alpuro BV
(Kawża C-227/16)
(2016/C 279/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jan Theodorus Arts
Konvenuta: Veevoederbedrijf Alpuro BV
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, jiġifieri li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-bdiewa permezz ta’ appoġġ dirett għad-dħul u li jiġu promossi s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, hija valida serje ta’ klawżoli f’kuntratt konkluż bejn semmien tal-għoġġiela u impriża ta’ integrazzjoni […] li minnha jirriżulta li l-pagament uniku mogħti lis-semmien tal-għoġġiela abbażi tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq huwa dovut lill-impriża ta’ integrazzjoni permezz tat-tnaqqis tiegħu mill-prezz tal-għoġġiela msemmna?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, il-qorti nazzjonali, fid-dawl tal-kunflitt eżistenti mal-għanijiet tar-Regolament Nru 73/2009, għandha s-setgħa tbiddel il-kuntratt abbażi tal-prinċipju rebus sic stantibus b’mod li d-dannu kkawżat min-nullità lill-impriża ta’ integrazzjoni jiġi nnewtralizzat kompletament jew parzjalment, b’mod partikolari billi jitnaqqas il-prezz tal-għoġġiela msemmna?
(1) Regolament li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16).