8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ April 2016 – Ministério da Saúde, Administração Regional de Saúde de Lisboa e Vale do Tejo, I.P. vs João Carlos Lombo Silva Cordeiro
(Kawża C-229/16)
(2016/C 287/17)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministério da Saúde, Administração Regional de Saúde de Lisboa e Vale do Tejo, I.P.
Konvenut: João Carlos Lombo Silva Cordeiro
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva 2000/35/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000 għandha tapplika, fid-dawl tal-premessa 13 tal-istess direttiva, għas-sistema ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tal-Istat għall-ispiża tal-mediċini mogħtija lill-benefiċjarji tal-SNS li ġiet fis-seħħ permezz tad-Digriet-Liġi Nru 242-B/2006 u rregolata permezz tad-Digriet Nru 3-B/2007?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, mill-Artikoli 5 u 6 tad-Digriet Liġi Nru 242-B/2006 jista’ jitqies li jeżisti kuntratt ta’ adeżjoni li jista’ jiġi integrat fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tal-imsemija direttiva suġġett għall-possibbiltà li taderixxi jew toħroġ mill-kuntratt skont jekk il-mediċini jingħatawx jew le?
3)
Billi l-Artikolu 8 tad-Digriet Liġi Nru 242-B/2006 u l-Artikoli 8 u 10 tad-Digriet Nru 3-B/2007, jipprevedu l-fatturazzjoni ta’ kull xahar, dawn huma konformi mad-Direttiva 2000/35/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000 [Artikolu 3(1)(b)(i)]?
4)
Sa fejn l-Artikolu 10 tad-Digriet Nru 3-B/2007 jipprevedi bħala terminu ta’ ħlas l-għaxar ġurnata tax-xahar segwenti għar-riċeviment tal-fatturazzjoni, dan jista’ jitqies li jaqa’ taħt [l-Artikolu 3(2)] tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?
(1) Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226).