1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-29 ta’ April 2016 – Heike Schottelius vs Falk Seifert
(Kawża C-247/16)
(2016/C 279/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heike Schottelius
Konvenut: Falk Seifert
Domanda preliminari
Mit-tieni inċiż tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1) jista’ jiġi dedott prinċipju tad-dritt Ewropew tal-konsum li permezz tiegħu, fil-kuntratti kollha relatati ma’ oġġetti ta’ konsum konklużi bejn konsumaturi u persuni li ma għandhomx l-istatus ta’ konsumatur, huwa biżżejjed, sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet għal garanzija sekondarji, li l-persuna li ma għandhiex l-istatus ta’ konsumatur, li hija marbuta bl-obbligu ta’ garanzija, ma tkunx tat kumpens f’terminu raġonevoli, mingħajr ma jkun neċessarju l-iffissar espress ta’ terminu għall-eliminazzjoni tad-difett, u li permezz tiegħu id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward għandhom ukoll jiġu interpretati f’dan is-sens, pereżempju fil-każ ta’ kuntratt ta’ xogħol dwar oġġetti ta’ konsum u, għaldaqstant jiġu suġġetti, skont il-każ, għal applikazzjoni restrittiva?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223.