22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta Mejju 2016 – Saale Kareda vs Stefan Benkö
(Kawża C-249/16)
(2016/C 305/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saale Kareda
Konvenut: Stefan Benkö
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Nru 1215/2012”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal rimbors (azzjoni għal kumpens/azzjoni għal irkupru) li d-debitur li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu (komuni) ma’ bank, ikun ħa waħdu r-responsabbiltà tar-rimbors tal-kreditu, jeżerċita kontra d-debitur l-ieħor obbligat minn dan il-kuntratt ta’ kreditu, tikkostitwixxi azzjoni kuntrattwali (sekondarja) li tirriżulta mill-kuntratt ta’ kreditu?
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:
2.
Fir-rigward tal-azzjoni għal rimbors (bħala azzjoni għal kumpens/azzjoni għal irkupru) ta’ debitur kontra d-debitur l-ieħor obbligat mill-kuntratt ta’ kreditu li jservi bħala bażi għat-talba, il-post ta’ eżekuzzjoni huwa stabbilit
a.
skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 ([“provvista ta’ servizzi”]) jew
b.
skont il-lex causae, skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 7(1)(c) u (a) tar-Regolament Nru 1215/2012?
3.
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, parti (a):
L-għoti tal-kreditu mill-bank jikkostitwixxi l-provvista kuntrattwali li tikkaratterizza l-kuntratt ta’ kreditu u, konsegwentement, il-post ta’ eżekuzzjoni għall-provvista ta’ dan is-servizz huwa stabbilit, skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012, skont is-sede tal-bank, meta l-għoti tal-kreditu jkun sar esklużivment f’dan il-post?
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, parti b):
4.
Sabiex jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, il-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali miksur, għandu jsir riferiment
a.
għad-data li fiha s-self ikun sar miż-żewġ debituri (Marzu 2007) jew
b.
għad-dati partikolari li fihom id-debitur tal-kreditu li għandu d-dritt li jeżerċita l-azzjoni għal irkupru jkun għamel lill-bank il-pagamenti li fuqhom huma bbażati t-talbiet tiegħu (Ġunju 2012 sa Ġunju 2014)?
(1) ĠU L 351, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy