18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2016 – Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg
(Kawża C-256/16)
(2016/C 260/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deichmann SE.
Konvenut: Hauptzollamt Duisburg.
Domanda preliminari
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223, tas-17 ta’ Frar 2016, li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta’ ċerti talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimentaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (1), huwa validu?
(1) ĠU 2016, L 41, p. 3.