19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2016 – Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica (Confetra) et vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawża C-259/16)
(2016/C 343/30)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica (Confetra), Associazione Nazionale Imprese Trasporti Automobilistici, Società Fercam SpA, Associazione non Riconosciuta Alsea, Associazione Fedit, Società Carioni Spedizioni Internazionali Srl, Federazione Nazionale delle Imprese di Spedizioni Internazionali – Fedespedi, Società Tnt Global Express SpA
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico
Domandi preliminari
1)
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari, l-Artikoli [2].1, 2.1a u 2.6 tad-Direttiva 97/67/KE (1), kif sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/K (2), jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(a) u (f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261/1999, kif ukoll tal-Artikolu 1(1)(g) u (r) flimkien u mas-subparagrafu (i) tar-“Regolamento in materia di titoli abilitativi per l’offerta al pubblico di servizi postali” [Regolament dwar ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku] stabbilit fl-Anness A tar-Riżoluzzjoni AGCOM 129/15/CONS tat-23 ta’ Marzu 2015 u d-“Disciplinare delle procedure per il rilascio dei titoli abilitativi per l’offerta al pubblico dei servizi postali” [Regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku], li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministero dello Sviluppo economico tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn huma intiżi li jinkludu wkoll it-trasport bit-triq, l-ispedizzjonier u s-servizzi ta’ posta espressa fl-ambitu tas-servizz postali?
2)
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari, l-Artikoli 9(1) u [2].19 tad-Direttiva 97/67/KE, kif sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/KE, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ raġonevolezza, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261/1999, kif ukoll l-Artikolu 8 tar-“Regolamento in materia di titoli abilitativi per l’offerta al pubblico di servizi postali” [Regolament dwar ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku] stabbilit fl-Anness A tar-Riżoluzzjoni AGCOM 129/15/CONS tat-23 ta’ Marzu 2015 u d-“Disciplinare delle procedure per il rilascio dei titoli abilitativi per l’offerta al pubblico dei servizi postali” [Regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku], li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministero dello Sviluppo economico tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn jimponu fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ trasport bit-triq, servizzi ta’ spedizzjonaier u ta’ servizzi ta’ posta espressa r-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni ġenerali b’mod addizzjonali għall-awtorizzazzjoni neċessarja li tiggarantixxi r-rekwiżiti essenzjali ta’ provvista ta’ servizzi postali?
3)
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari, l-Artikoli 7(4) u 9(2) tad-Direttiva 97/67/KE, kif sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/KE, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, b’mod partikolari, l-Artikoli 6(1)(a) u 10(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261/1999, kif ukoll l-Artikoli 11(1)(f) u 15(2) tar-“Regolamento in materia di titoli abilitativi per l’offerta al pubblico di servizi postali” [Regolament dwar ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku], stabbilit fl-Anness A tar-Riżoluzzjoni AGCOM 129/15/CONS tat-23 ta’ Marzu 2015 u l-Artikolu 9 tad-“Disciplinare delle procedure per il rilascio dei titoli abilitativi per l’offerta al pubblico dei servizi postali” [Regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku], li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministero dello Sviluppo economico tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn jimponu fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ trasport bit-triq, servizzi ta’ spedizzjonier u ta’ servizzi ta’ posta espressa, l-obbligu li jikkontribwixxu għal fond ta’ kumpens tas-servizz universali?
4)
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 97/67/KE, kif sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/KE, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, b’mod partikolari, l-Artikoli 6 u 10 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261/1999, kif ukoll l-Artikoli 11(1)(f) u 15(2) tar-“Regolamento in materia di titoli abilitativi per l’offerta al pubblico di servizi postali” [Regolament dwar ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku] stabbilit fl-Anness A tar-Riżoluzzjoni AGCOM 129/15/CONS tat-23 ta’ Marzu 2015 u l-Artikolu 9 tad-“Disciplinare delle procedure per il rilascio dei titoli abilitativi per l’offerta al pubblico dei servizi postali” [Regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikattivi għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku], li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministero dello Sviluppo economico tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn ma fihom ebda evalwazzjoni dwar il-każijiet li fihom il-kontribuzzjoni għall-fond ta’ kumpens tal-ispejjeż tas-servizz universali tista’ titqies adegwata, u ma jipprevedux modalitajiet applikattivi ddifferenzjati, fir-rigward kemm tas-sitwazzjoni suġġettiva tal-kontribwenti u kif ukoll tas-swieq?
(1) Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).
(2) Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).