18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of Gibraltar (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Albert Buhagiar, Wayne Piri, Stephanie Piri, Arthur Taylor, Henry Bonifacio, Colin Tomlinson, Darren Sheriff vs The Hon. Gilbert Licudi QC MP Minister for Justice
(Kawża C-267/16)
(2016/C 260/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of Gibraltar.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Albert Buhagiar, Wayne Piri, Stephanie Piri, Arthur Taylor, Henry Bonifacio, Colin Tomlinson, Darren Sheriff.
Konvenut: The Hon. Gilbert Licudi QC MP Minister for Justice.
Domandi preliminari
1)
Jekk id-dispożizzjonijiet tal-Pass Ewropew tal-armi tan-nar (iktar ’il quddiem il-“PEAN”) fid-Direttiva (1) jikkonċernaw biss il-moviment liberu tal-merkanzija, jistgħu, madankollu, japplikaw għal Ġibiltà fuq il-bażi li ma humiex tranżazzjonijiet kummerċjali jew tan-negozju u, għalhekk, jaqgħu barra mill-portata tad-derogi mogħtija lil Ġibiltà taħt l-Att ta’ Adeżjoni tal-1972?
2)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-PEAN, fir-rigward ta’ kaċċaturi u tiraturi fuq bersalji, għandhom japplikaw għal Ġibiltà minħabba li jikkonċernaw il-moviment liberu tas-servizzi?
3)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-PEAN, fir-rigward ta’ kaċċaturi u tiraturi fuq bersalji, huma invalidi minħabba li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-persuni u, għalhekk, ġew adottati fuq il-bażi legali żbaljata?
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE, tat-18 ta’ Ġunju1991, dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 11, p. 3)