19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – flightright GmbH vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA
(Kawża C-274/16)
(2016/C 343/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: flightright GmbH
Konvenuta: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA
Domanda preliminari
Fil-każ ta’ trasport bl-ajru ta’ persuni b’konnessjoni kompost minn żewġ titjiriet u li ma jkunx jinkludi dewmien notevoli fl-ajruport ta’ korrispondenza, il-post tal-wasla tat-tieni titjira għandu jitqies bħala l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) meta r-rikors ikun ippreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru effettiv tal-ewwel titjira li fuqha seħħet l-anomalija u meta t-trasport għat-tieni titjira jkun twettaq minn trasportatur tal-ajru ieħor?
(1) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012 L 351, p. 1).