22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-17 ta’ Mejju 2016 – Prequ’ Italia Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
(Kawża C-276/16)
(2016/C 305/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prequ’ Italia Srl
Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Domanda preliminari
Il-prinċipju ġenerali ta’ kontradittorju proċedurali ta’ natura Ewrounitarja jipprekludi l-leġiżlazzjoni [fiskali inkwistjoni] sa fejn ma tipprevedix, favur il-persuna taxxabbli li ma tkunx instemgħet qabel l-adozzjoni tal-att fiskali mill-amministrazzjoni doganali, is-sospensjoni tal-att bħala konsegwenza normali tal-proposta ta’ kontestazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy