12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-17 ta’ Mejju 2016 – Polkomtel Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-277/16)
(2016/C 335/40)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Polkomtel Sp. z o.o.
Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (1), fil-verżjoni orġinali tagħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li operatur li għandu saħħa sinjifikattiva fis-suq jiġi obbligat jorjenta l-prezzijiet tiegħu skont l-ispejjeż tiegħu, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, sabiex tippromwovi l-effiċjenza ekonomika u l-kompetizzjoni sostenibbli, tistabbilixxi prezz tas-servizz suġġett għal tali obbligu li jkun inqas mill-ispejjeż sostnuti mill-operatur għall-provvista tagħhom, liema spejjeż ikunu ġew ivverifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali u kkunsidrati bħala li għandhom rabta kawżali ma’ dan is-servizz?
2.
L-Artikolu 13(3) flimkien mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), fil-verżjoni orġinali tagħhom, moqrija flimkien mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tobbliga lill-operatur li għandu jorjenta l-prezzijiet tiegħu skont l-ispejjeż tiegħu li kull sena jistabbilixxi l-prezz fuq il-bażi tad-data l-iktar attwali dwar l-ispejjeż u jikkomunika, għal verifika, il-prezz hekk iffissat lill-awtorità regolatorja nazzjonali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni għal dawn l-ispejjeż, qabel ma jibda japplika dan il-prezz fis-suq?
3.
L-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), fil-verżjoni orġinali tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-operatur li għandu jorjenta l-prezzijiet tiegħu skont l-ispejjeż tiegħu jista’ jiġi obbligat mill-awtorità regolatorja nazzjonali li jadatta l-prezz tiegħu biss meta dan l-operatur l-ewwel jiffissa b’mod indipendenti l-ammont tal-prezz u mbagħad jibda japplikah, jew ukoll meta dan japplika prezz li l-ammont tiegħu jkun ġie ffissat preċedentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali, iżda li jirriżulta mill-ġustifikazzjoni tal-ispejjeż għall-perijodu ta’ referenza sussegwenti li l-prezz stabbilit preċedentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali huwa ogħla mil-livell tal-ispejjeż imġarrba mill-operatur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.