1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Mejju 2016 – Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken
(Kawża C-281/16)
(2016/C 279/26)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vereniging Hoekschewaards Landschap
Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken
Domanda preliminari
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/72, tat-3 ta’ Diċembru 2014, li tadotta t-tmien aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku (1) hija valida sa fejn is-sit “Haringvliet” (NL1000015) tniżżel f’din il-lista mingħajr l-inklużjoni tal-Leenheerenpolder?
(1) ĠU 2015, L 18, p. 385.